01/09/2026
🇨🇴💛💙 Akkwist Kolombjan għall-Lightnings! ⚡⚽
Santa Venera Lightnings FC iħabbar l-akkwist tal-plejer Kolombjan Johan Gutierrez.
Dan kien wieħed mill-aktar akkwisti diffiċli li kellna nwettqu dan is-sajf, hekk kif kollox baqa' miftuħ sal-aħħar mumenti. Fil-fatt, Johan kien ferm viċin li jiffirma ma' klabb ieħor, iżda wara ħidma kontinwa rnexxielna naslu għal ftehim biex jingħaqad magħna.
Nixtiequ nirringrazzjaw lit-Team Manager tagħna, Kurt James, tal-ħidma kbira li wettaq biex dan l-akkwist seta' jsir realtà. Kurt baqa' jaħdem sal-aħħar mument sabiex Johan ikun jista' jilbes il-flokk tal-Vendriżi dan l-istaġun.
Nilqgħuk magħna, Johan, u nawgurawlek kull suċċess mal-Lightnings! 🇨🇴💙💛⚡
31/08/2026
Santa Venera Lightnings FC iħabbru l-akkwist ta' Andre Mallia, plejer li mhuwiex wiċċ ġdid għalina, hekk kif fil-passat diġà kellu esperjenza mal-klabb tagħna.
Andre huwa prodott ta' St. George's u matul il-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Xgħajra Tornados kif ukoll ma' Hibernians.
Ninsabu kuntenti li qed nilqgħu lil Andre lura fl-iskwadra tal-Vendriżi u nawgurawlu kull suċċess għal dan l-istaġun. 💛💙
28/08/2026
Tħabbret il-mewt ta' Godwin Cuschieri ex coach tat-tim tagħna.
Kondoljanzi lil familjari kollha speċjalment lil Tarcisio Azzopardi coach tal-Youths.
28/08/2026
Santa Venera Lightnings FC iħabbar l-akkwist ta' Kurt Camilleri, li se jkun qed jingħaqad mal-iskwadra tagħna.
Kurt huwa prodott ta' Mosta FC u matul il-karriera tiegħu rrappreżenta wkoll lil Żebbuġ Rangers, Rabat Ajax u Mellieħa.
L-esperjenza li kiseb matul is-snin se tkun ta' valur għall-iskwadra tagħna.
Nilqgħuk magħna fl-iskwadra tal-Vendriżi, Kurt! 💛💙⚡
27/08/2026
Akkwist ġdid bejn il-lasti għal Santa Venera Lightnings FC, hekk kif Rodrick Debattista jingħaqad mal-iskwadra tagħna. 🧤⚽
Rodrick huwa goalkeeper internazzjonali Malti u ismu żgur mhuwiex ġdid fix-xena tal-futbol lokali.
Tul il-karriera tiegħu kiseb esperjenza vasta bejn il-lasti, fejn irrappreżenta diversi klabbs Maltin, fosthom Gżira United, Tarxien Rainbows u Senglea Athletic.
Bħalissa, Rodrick huwa wkoll il-goalkeeper tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Veterani, u se jkun qed iġib miegħu esperjenza u preżenza importanti fl-iskwadra tagħna.
Merħba mal-Lightnings, Rodrick! 💛💙⚡
25/08/2026
L-akkwist li jmiss huwa Noah Camilleri 🤝⚽
Noah huwa prodott ta' San Ġwann u plejer b'potenzjal kbir, li matul il-karriera tiegħu diġà kiseb esperjenza ma' diversi klabbs stabbiliti fil-futbol Malti, fosthom Mosta, Hibernians u Tarxien Rainbows.
Dan it-trasferiment huwa wkoll riżultat tal-ħidma kontinwa tat-Team Manager tagħna, Kurt James, li ħadem bis-sħiħ biex Noah jingħaqad mal-iskwadra tagħna.
Nemmnu li Noah għandu l-kwalitajiet u l-potenzjal meħtieġa biex ikompli jiżviluppa u jkun żieda importanti għall-iskwadra tagħna matul dan l-istaġun.
Merħba mal-Lightnings, Noah! 💛💙⚡
22/08/2026
Bħal-lum 10 snin beda jitwaħħal it-tapit sintetiku tal-ground tagħna.
Diċenju li ra miżibilju ta' timijiet u għadd ta’ attivitajiet, mhux tal-futbol biss.
21/08/2026
We would like to thank Lamborghini Supercar Imports for financing part of the expenses for our new kits.
As a club, we truly appreciate your support and generous contribution. 🤝 💛💙
21/08/2026
Il-plejer Andrea Farrugia huwa l-akkwist li jmiss għalina l-Vendriżi.
Andrea huwa prodott ta' Dingli Swallows FC u matul il-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Balzan FC Academy, Swieqi United u Naxxar Lions Football Club.
L-esperjenza tiegħu se tkun żieda importanti għall-iskwadra tagħna hekk kif inkomplu nibnu fuq il-proġett tal-Lightnings.
Merħba mal-Lightnings, Andrea! 💛💙 ⚡
18/08/2026
📅 MARK YOUR CALENDARS!
The first four fixtures of the National League 2, 2026/27 Season are here! 💛💙 ⚡️
We’re ready for another exciting season and we look forward to seeing you all there, Vendriżi! 🏟️🙌
Let’s make every matchday count! 🔥