30/08/2026
📊 L-AKTAR PLAYERS LI QATT LAGĦBU GĦAL QORMI FC
Illum nagħtu ħarsa lejn l-aktar players li lagħbu logħbiet bil-flokk ta’ Qormi FC matul is-snin. 💛🖤
Din l-istatistika ġiet miġbura mis-Sur Mario Axiaq. 👏
Storja, dedikazzjoni u ħafna logħob bil-flokk tagħna! 🟡⚫
28/08/2026
🟡⚫ PRESTAZZJONI POŻITTIVA GĦAL QORMI F.C. ⚫🟡
Qormi F.C. ikompli bil-preparamenti tiegħu għall-istaġun il-ġdid b’rebħa ta’ 3-1 kontra Luxol S.C. 💪⚽
Prestazzjoni pożittiva oħra mit-tim tagħna, hekk kif inkomplu nibnu, naħdmu u nippreparaw ruħna għall-isfidi tal-istaġun 2026/27.
Il-ħidma tkompli. 🟡⚫
FORZA QORMI! 💛🖤
28/08/2026
🟡⚫ QORMI FC – AVVIŻ
Il-Kumitat ta’ Qormi FC jixtieq iħabbar li s-Sur Kerstin Gatt mhux se jibqa’ jifforma parti mill-Kumitat tal-klabb, wara li ddeċieda li jtemm ir-rwol tiegħu.
F’isem il-President u l-Kumitat kollu, nixtiequ nirringrazzjaw lil Kerstin Gatt għax-xogħol, id-dedikazzjoni u l-kontribut tiegħu matul dawn l-aħħar tmien snin li serva bħala membru tal-Kumitat.
Grazzi Kerstin! 💛🖤
27/08/2026
Is-sitt friendly ta’ pre-season għal Qormi FC! 💪
⚔️ Qormi FC vs Luxol St. Andrew's
📅 Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu
🕡 18:30
📍 Luxol Ground
Narawkom 💛🖤
26/08/2026
🖤 Strieħ fis-sliem, Stefan Apap 🖤
Qormi F.C. jinsab imnikket bl-aħbar tal-mewt ta’ Stefan Apap, li fil-passat kien jagħmel parti min-Nursery ta’ Qormi F.C., u li ħalliena f’età żgħira ħafna.
F’dan il-mument diffiċli, il-Kumitat, plejers, staff u l-familja kollha ta’ Qormi F.C. iwasslu l-kondoljanzi sinċieri lill-familja, qraba u ħbieb tiegħu.
Strieħ fis-sliem, Stefan. 🕊️🖤
26/08/2026
🎉 Awguri f’għeluq sninek, Mark! 🖤💛
Il-familja kollha ta’ Qormi F.C. tixtieq tawgura l-isbaħ xewqat lil Mark Zammit, membru tal-Kumitat tal-klabb, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. 🎂
Nirringrazzjawk tal-impenn, id-dedikazzjoni u l-ħidma tiegħek b’risq il-klabb tagħna.
Awguri Mark, u nawgurawlek ħafna aktar snin ta’ saħħa, ferħ u suċċessi! ⚽🖤💛
25/08/2026
💛🖤 Prestazzjoni tajba fil-ħames partita ta’ ħbiberija!
Prestazzjoni pożittiva mit-tim tagħna fil-konfront kontra Gudja United. Nkomplu naħdmu u nibnu għal dak li ġej! 💪
Nerġgħu nkunu fl-azzjoni nhar il-Ġimgħa kontra Luxol!
📅 Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu
🕡 18:30
📍 Luxol Stadium
25/08/2026
🕊️ STRIEĦ FIS-SLIEM, MANUEL AGIUS “L-ISTILLA” 🕊️
Qormi F.C. jinsab imnikket bit-telfa ta’ Manuel Agius, magħruf bħala “L-Istilla”, eks plejer tal-klabb u partitarju leali ta’ Qormi F.C.
Manuel baqa’ dejjem qrib il-klabb u l-kuluri 🟡⚫ li tant kien iħobb.
F’isem il-President, il-Kumitat, il-plejers u l-familja kollha ta’ Qormi F.C., nestendu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja u l-ħbieb tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
Grazzi ta’ dak kollu li tajt lil Qormi F.C.
Strieħ fis-sliem, Stilla. 🕊️🟡⚫