Malta Racing Club

Malta Racing Club

Share

Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Malta Racing Club, Stadium, arena & sports venue, Malta Racing Club, Triq it-Tigrija, Marsa.

Photos from Malta Racing Club's post 23/08/2026

Daniel Debono jagħlaq fit-tieni post fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħu.

Ir-rebħa ta' din it-tiġrija marret għal-ġerrej Irlandiz - Eoin Murphy filwaqt illi fit-tielet post għalaq Vaino-Kalle Korhonen tal-Finlandja.

Photos from Malta Racing Club's post 23/08/2026

Preżentazzjoni tas-sewwieqa fil-Korsa.

Photos from Malta Racing Club's post 23/08/2026

Daniel Debono jibda l-impenji tiegħu ġewwa l-korsa ta' Dandulk fl-Irlanda min hawn u ftit ieħor bil-parteċipazzjoni f' 4 tiġrijiet bħala parti mill-Kampjonat għal Sewwieqa Apprentisti bl-ewwel tiġrija tiegħu tkun fl' 4:40pm

European Apprentice Championships 2026 23/08/2026

Follow Daniel Debono's participation in the UET European Apprentice Championships in Ireland using this link:

https://www.youtube.com/watch?v=IwKtfYi-O_s

The European Apprentice Championship Race Times are as follows:

* Race 4: 16:15 (Daniel not Driving in this race)
* 𝐑𝐚𝐜𝐞 𝟓: 𝟏𝟔:𝟒𝟎 - 𝐇𝐨𝐫𝐬𝐞 𝐍𝐨.𝟓
* 𝐑𝐚𝐜𝐞 𝟔: 𝟏𝟕:𝟎𝟓 - 𝐇𝐨𝐫𝐬𝐞 𝐍𝐨.𝟏
* 𝐑𝐚𝐜𝐞 𝟕: 𝟏𝟕:𝟑𝟎 - 𝐇𝐨𝐫𝐬𝐞 𝐍𝐨.𝟓
* 𝐑𝐚𝐜𝐞 𝟖: 𝟏𝟕:𝟓𝟓 - 𝐇𝐨𝐫𝐬𝐞 𝐍𝐨.𝟖

European Apprentice Championships 2026 Join us for live from Dundalk Stadium for the European Apprentice C...

Photos from Irish Harness Racing Association's post 23/08/2026

Kollox lest sabiex aktar t**d wara nofsinhar ir-rapreżentant Malti Daniel Debono jikkompeti fil UET European Apprentices Championship 2026 flimkien ma 11-il parteċipant ieħor minn ġewwa l-Ewropa.

Nawguraw lil Daniel parteċipazzjoni rebbieħa f'dan il-kampjonat.

Photos from Malta Racing Club's post 20/08/2026

Daniel Debono se jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew tas-Sewwieqa Apprendisti

Is-sewwieq żagħżugħ Malti Daniel Debono se jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew tas-Sewwieqa Apprendisti tal-UET, li se jsir fid-Dundalk Stadium, fl-Irlanda, nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu 2026.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ntgħażel mill-Malta Racing Club sabiex jieħu sehem f’dan il-kampjonat internazzjonali prestiġjuż, li se jiġbor flimkien 12-il sewwieq żagħżugħ promettenti li se jirrappreżentaw lill-pajjiżi Ewropej rispettivi tagħhom. Il-parteċipazzjoni ta’ Daniel Debono qed tkun sponsorjata minn EquestriMalta, li permezz tal-appoġġ kontinwu tagħha qed tipprovdi lis-sewwieqa żgħażagħ Maltin opportunitajiet siewja sabiex jiksbu esperjenza internazzjonali u jkomplu jiżviluppaw f’dan l-isport.

Debono jinsab fil-ħames sena tiegħu ta’ kompetizzjoni u qiegħed jibni reputazzjoni bħala wieħed mis-sewwieqa żgħażagħ promettenti. Huwa għamel id-debutt tiegħu f’tiġrija uffiċjali fis-16 ta’ Settembru 2022 u minnufih immarka din l-okkażjoni b’rebħa fuq CROQUE TOUT. Minn dakinhar, huwa kompla jkabbar l-esperjenza tiegħu fuq il-korsa b’din is-sena tkun l-aħjar waħda tiegħu b’ħames rebħiet. Sal-lum Debono kiseb total ta’ għaxar rebħiet uffiċjali filwaqt illi s-sena li għaddiet, spiċċa ukoll fit-tieni post fil-klassifika għal sewwieqa taħt il-25 sena tal-Malta Racing Club.

Ir-rappreżentant Malti se jikkompeti kontra Eoin Murphy tal-Irlanda, Oliver O’Mara tal-Gran Brittanja, Léo Guenet ta’ Franza, Kalle Krohmer tal-Ġermanja, Sebastian Rishovd tan-Norveġja, Lynus Lannoo tal-Belġju, Väinö-Kalle Korhonen tal-Finlandja, Malte Handfast tal-Iżvezja, Adrià Riera Vaquer ta’ Spanja, Danique Homma tan-Netherlands u Tamás Dukai tal-Ungerija.

Is-sewwieqa se jikkompetu f’sensiela ta’ tiġrijiet, li matulhom se jiġbru l-punti bl-għan li wieħed minnhom jiġi inkurunat Champion Ewropew tas-Sewwieqa Apprendisti għall-2026.

Dan il-kampjonat se jimmarka wkoll l-ewwel parteċipazzjoni ta’ Daniel Debono fix-xena internazzjonali u se jagħtih l-opportunità jikkompeti ma’ wħud mill-aktar sewwieqa żgħażagħ promettenti fl-Ewropa, filwaqt li jirrappreżenta bi kburija lil Malta u lit-tiġrijiet tat-trott Maltin.

Il-Malta Racing Club jawgura lil Daniel Debono kull suċċess f’dan l-appuntament internazzjonali importanti.

Photos from Malta Racing Club's post 15/08/2026

𝐥-𝐊𝐚𝐦𝐩𝐣𝐨𝐧𝐚𝐭 𝐃𝐢𝐧𝐣𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐅𝐄𝐆𝐀𝐓 𝐠ħ𝐚𝐬-𝐒𝐞𝐰𝐰𝐢𝐞𝐪𝐚 𝐀𝐦𝐚𝐭𝐞𝐮𝐫𝐬

Nhar il-Ħadd 27 ta' Settembru 2026, il-Malta Racing Club se jospita l-Kampjonat Dinji tal-FEGAT għas-Sewwieqa Amateurs, b'parteċipazzjoni ta' 12-il sewwieq minn madwar id-dinja. Għal din l-okkażjoni, il-Malta Racing Club qed jistieden lis-sidien biex jirreġistraw iż-żwiemel tagħhom għal dan il-kampjonat prestiġjuż, u b'hekk ikollhom l-opportunità li jaraw iż-żwiemel tagħhom misjuqa minn uħud mill-aqwa sewwieqa amateurs minn madwar id-dinja.

Il-parteċipant Malti ser ikun Redent Magro.

Għal aktar dettalji ikkuntatjaw l-Klabb.

Meeting 41 - 07/08/2026 13/08/2026

Il-Finali tal-Kampjonat Tas-Sajf CENTERPARC.

Għeluq mill-isbaħ b'tiġrijiet eċitanti għall-ewwel parti ta' l-Istaġun 2026.

Meeting 41 - 07/08/2026 Races organised by the Malta Racing Club

HWM 11 08 2026 MINITROTTEUR (D) 11/08/2026

Ir-raba' u l-aħħar tiġrija tan-Nations League bil-parteċipazzjoni ta' Jayden Debono u Aiden Buttiġieġ li temmew fir-4 u is-6 post.

HWM 11 08 2026 MINITROTTEUR (D) 🏆 5 - 6 - 4 - 7 - 2⏱ 2'03"70

HWM 11 08 2026 MIMITROTTEUR (C) 11/08/2026

It-tielet tiġrija tan-Nations League bit-tieni rebħa Maltija ta' Luca Bartolo Fenech u l-pjazzament fir-raba post ta' Hailey Vella

HWM 11 08 2026 MIMITROTTEUR (C) 🏆 5 - 4 - 3 - 6 - 2⏱ 1'47"82

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Marsa?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Telephone

Address


Malta Racing Club, Triq It-Tigrija
Marsa
MRS2915

Opening Hours

Monday 07:30 - 15:00
Tuesday 07:30 - 15:00
Wednesday 07:30 - 15:00
Thursday 07:30 - 15:00
Friday 07:30 - 15:00
Saturday 07:30 - 12:00