Floriana Ajax Sports Club

Floriana Ajax Sports Club

Share

Bi pjaci inhabbru l-pagna ufficjali tal-Floriana Ajax S.C. Ghaqda sportiva affiljata f'zewg setturi sportivi li huma l-Football (I.A.S.C) u Darts (M.D.A.)

29/08/2026
Photos from Floriana Ajax Sports Club's post 23/08/2026

📸Yesterday’s Floriana Ajax Presentation Night!

19/08/2026

🎯DARTS: Friendly
L-Ewwel Leg - 14/08/26
FLORIANA AJAX SC TEAM A VS ĦAMRUN BAYERN
8-0 (AWAY)

Photos from Floriana Ajax Sports Club's post 12/08/2026

🎯 Floriana Ajax Darts Team B – Get Together

Ilbieraħ saret laqgħa soċjali sabiħa tal-Floriana Ajax Darts Team B, fejn il-plejers inġabru flimkien biex jiċċelebraw is-suċċess tagħhom bħala Runners-Up fis-Summer League, b’wirja mill-aqwa li rat lit-tim jispiċċa bla telfa tul il-kompetizzjoni kollha. 👏🎯

Kienet ukoll opportunità sabiħa biex niltaqgħu u nilqgħu fostna lill-plejers il-ġodda ta’ Darts Team B, li se jkunu qed jingħaqdu mal-familja ta’ Floriana Ajax u jkomplu jsaħħu l-ispirtu u l-ambizzjoni tal-klabb. 💚🎯

Il-lejla kienet waħda ta’ ħbiberija, għaqda u atmosfera mill-aqwa, fejn, apparti li ċċelebrajna l-kisbiet tagħna, komplejna nibnu fuq l-ghaqda li dejjem ikkaratterizzat lit-timijiet tagħna.

Prosit lill-plejers kollha tas-Summer League għas-suċċess tagħhom u merħba kbira lill-membri l-ġodda ta’ Darts Team B! 💪🎯

Grazzi kbira u prosit tassew imorru wkoll lill-Kumitat ta’ Floriana Ajax għall-ikla sabiħa organizzata għal din l-attività. Grazzi tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħkom biex komplejna ngawdu lejla sabiħa flimkien. 👏👏

Floriana Ajax Darts – Flimkien Aktar B’saħħitna! 💚🎯

06/08/2026

IL-Kumitat javza li fix-xahar ta’ Awwissu u Settembru l-Club muxx ħa jiftaħ nhar ta’ Erbgħa u s-Sibt. Minn Ottubru l-quddiem l-Club ma jiftaħx kull nhar ta’ Tnejn.
Grazzi

02/08/2026

🎉 IL-LEJLA NILTAQGHU GĦAT-TOMBLA! 🎉

Qed nistennewkom illejla għal serata oħra ta' divertiment, premjijiet sbieħ u atmosfera mill-aqwa ma-Floriana Ajax Sports Club!

📅 Illum, il-Ħadd 2 ta' Awwissu
🕖 Mis-7:00 p.m.
📍 Żona tal-Floriana Nursery

Ġib miegħek lill-familja u lill-ħbieb u ejja gawdu lejla sabiħa flimkien. Kull ġimgħa jkollna premjijiet numerużi u nilqgħu b'sodisfazzjon kemm lil dawk li jiġu regolarment kif ukoll lil dawk li jkunu magħna għall-ewwel darba.

🍀 Nawguraw xorti tajba lil kulħadd u nittamaw li narawkom illejla! 💚🤍

Photos from Floriana Ajax Sports Club's post 31/07/2026

🏆Floriana Ajax Sports Club Darts Team - MDA Summer League 2026 – Runners-Up Bla Telfa! 💚🤍

Prosit kbir lit-tim ta’ Floriana Ajax Sports Club talli temm il-kampanja tiegħu fil-MDA Summer League 2026 b’post mill-aqwa fit-2 post, filwaqt li baqa’ mhux megħlub tul il-kompetizzjoni kollha – kisba li turi l-kwalità, il-konsistenza u l-ispirtu ta’ dan it-tim.

Grazzi speċali lill President tal Malta Darts Association is-Sur Tony Demanuele li kien preżenti għal preżentazzjoni ta' trofew.

Dan huwa riżultat li jimla lill-klabb kollu bi-kburija, u li jkompli jikkonferma li Floriana Ajax jibqa’ fost l-aqwa timijiet fid-darts Malti. Kull partita kienet xhieda tad-determinazzjoni, id-dixxiplina u l-għaqda li dejjem jikkaratterizzaw lill-familja Ajax.

Prosit sinċier lill-plejers kollha, lill-kaptain, lill-kumitat u lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex dan is-suċċess seta’ jinkiseb. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lill-familji tal plejers u lis-supporters tagħna, li bil-preżenza u l-appoġġ kontinwu tagħhom taw motivazzjoni kbira lit-tim matul il-kampjonat kollu.

Għalkemm din id-darba waqafna pass biss 'il bogħod mill-ogħla unur, il-prestazzjoni tagħkom kienet waħda ta’ champions u tagħtina aktar motivazzjoni biex inkomplu naħdmu għal aktar suċċessi fl-istaġuni li ġejjin.

Bravi kollha! Il-familja Ajax hi kburija bikom. 💚🤍

FORZA AJAX! 💚🎯

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Floriana?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Telephone

Website

Address


Floriana