Ultras Beltin 999

Ultras Beltin 999

Share

Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Ultras Beltin 999, Sports League, Valletta.

08/09/2026

🔴⚪ GRAZZI B&N MARINE! ⚓🤝

Nirringrazzjaw lil B&N Marine tal-kontribut u l-appoġġ tagħhom lejn Ultras Beltin 999 għall-istaġun 2026/27. ❤️

Għal covers ta’ kwalità għal dgħajjes, RIBs, jet skis u aktar, inħeġġu lill-partitarji tagħna biex jagħtu s-sapport tagħhom lil B&N Marine.

📞 7799 0909

Nappoġġjaw lil min jappoġġja lilna. 🔴⚪

08/09/2026

⚠️ AVVIŻ / TALBA GĦALL-GĦAJNUNA

Qed infittxu l-għajnuna tal-pubbliku rigward trailer li lbieraħ kien ippreparat apposta għal ċelebrazzjoni, komplut bin-numru “3”.

Sfortunatament, minħabba ċirkostanzi mhux mistennija, it-trailer ma ntużax għall-iskop li kien maħsub għalih u issa jidher li spiċċa bla użu.

Għamilna kuntatt biex naraw kif nistgħu niddisponu minnu, iżda jidher li WasteServ ma jaċċettawx dan it-tip ta’ skart.

Għaldaqstant, jekk hawn xi ħadd li:
• għandu fejn ipoġġih,
• jista’ jgħin biex jiġi żarmat,
• jew jaf b’xi mod legali kif nistgħu neħilsu minnu,
nitolbuh jagħmel kuntatt magħna.

Nixtiequ nsolvu din il-problema mill-aktar fis possibbli, għax jidher li għalissa… in-numru 3 se jibqa’ fejn kien.

Grazzi tal-kooperazzjoni. 🔴⚪

08/09/2026

🔴⚪ GRAZZI LILL-CORPORATE MEMBERS TAGĦNA!

Grazzi kbira lil kull Corporate Member li kien parti minn dan il-flokk u lil dawk kollha li ngħaqdu magħna wara.

L-appoġġ tagħkom ifisser ħafna aktar milli taħsbu u jgħinna nkomplu nkabbru dak li qed nibnu bħala Ultras Beltin 999.

Dawk li ngħaqdu wara li ġie finalizzat il-flokk, għalkemm il-logo tagħkom mhux fuqu, intom parti mill-familja daqs kulħadd.

U dan żgur mhux se jkun l-aħħar. 👀

Grazzi talli temmnu fina. Nappoġġjaw lil min jappoġġja lilna. ❤️🤍

Photos from Ultras Beltin 999's post 08/09/2026

Grazzi lil Joel C Sound & Lighting talli fl-aħħar tal-lejl għaraf ma min għandu jieħu pjaċir tassew.

Swipe for a surprise ➡️

08/09/2026

Goodluck lil Marsamxett għar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja! 💛💙

Il-Belt magħkom. Sal-aħħar qadfa! 💪

07/09/2026

DERBY DAY. 🔴⚪

Illum m’hemmx skużi. M’hemmx għada.
Kollox għall-Belt. Kollox għal xulxin.

Fil-grawnd u barra minnu — vuċi waħda, qalb waħda, Belt waħda.

Illum nuru għal darb’oħra xi jfisser tilbes, tirrappreżenta u tgħix dawn il-kuluri.

BELTIN SAL-MEWT.

06/09/2026

Fejn inkunu ma jagħmilx differenza.
L-importanti li ninstemgħu.

Fadal biljetti għall-Millennium.

EJJA NIMLEWH UKOLL. ❤️🤍❤️

🎟️ 𝐋𝐄𝐓’𝐒 𝐅𝐈𝐋𝐋 𝐓𝐇𝐄 𝐌𝐈𝐋𝐋𝐄𝐍𝐍𝐈𝐔𝐌 𝐒𝐈𝐃𝐄 🎟️

‼️ Millennium side tickets are selling fast and we are ready to pack the stands with our unique Valletta energy. ⚪️🔴

Let’s fill the stadium to bring the BOV SuperCup home!🏆 One Roar. One Club. One City. 🦁

🎟️ Get your ticket here: https://tickets.mfa.com.mt/matches/floriana-fc-vs-valletta-fc-2026-09-07

⚽ Valletta FC vs Floriana FC
📅 Monday 7th September
🕢 7:00pm
📍 National Stadium, Ta’ Qali

FORZA VALLETTA CITY ⚪️🔴

06/09/2026

🔴⚪ GRAZZI ALEXANDER’S BY ZIZKA! 🤝

Nirringrazzjaw lil Alexander’s by Zizka tal-kontribut u l-appoġġ tagħhom lejn Ultras Beltin 999 għall-istaġun 2026/27. ❤️

Inħeġġu lill-partitarji Beltin biex iżuru u jappoġġjaw dan in-negozju fil-Belt.

Nappoġġjaw lil min jappoġġja lilna. 🔴⚪

06/09/2026

ESKLUSSIVAMENT GĦALL-MEMBRI. 🔴⚪

Dan mhux sempliċiment flokk ieħor. Dan kien edizzjoni maħluqa apposta għall-membri tagħna għall-finali tas-Super Cup.

Grazzi lil kull membru li ordna u se jkun qed jilbes dan il-flokk magħna nhar it-Tnejn.

Ringrazzjament kbir ukoll imur lejn il-Corporate Members kollha tagħna li għażlu li jkunu parti minn dan il-proġett u li bl-appoġġ tagħhom qed jgħinuna nkomplu nwettqu aktar ideat u inizjattivi.

Min ordna l-flokk u ma rnexxielux jiġbru waqt Bingo in the City ilbieraħ, jista’ jiġbru nhar it-Tnejn waqt il-logħba.

U għal dawk li din id-darba tilfu ċ-ċans jekk tridu tkunu minn tal-ewwel għal merchandise esklussiv, attivitajiet u inizjattivi għall-membri biss, issieħbu ma’ UB999.

SĦUBIJA €10. STAĠUN SĦIĦ MAGĦNA.

🔗 https://forms.gle/8BkAyCT7eFYaSeLW7

GĦALL-BELTIN, MILL-BELTIN.

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Valletta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Website

Address

Valletta